Internazzjonali Knisja

Il-Papa jqabbel il-pedofolija ‘mal-marda tal-lebbra’

IL-BELT TAL-VATIKAN: Il-Papa Franġisku insista li l-abbuż tat-tfal għandu jitqies daqslikieku ‘marda tal-lebbra’ li qed tinfetta lill-Knisja. Fl-istess ħin, hu għamilha ċara li beħsiebu jagħmel dak kollu meħtieġ biex jikkonfronta din il-pjaga ‘bis-serjeta xierqa’.

Il-Kap tal-Kattoliċi qal dan waqt intervista lill-gazzetta La Repubblica u fejn sostna li hu għandu l-formazzjoni kredibbli fis-sens li ‘madwar tnejn fil-mija fost il-membri tal-kleru (fil-Knisja Kattolika) huma pedofoli.’

Il-kalkoli inkwistjoni ġejjin mill-analiżi tal-konsulenti u għandhom jirrappreżentaw madwar 8,000 qassisin minn fost l-ammont globali ta’ madwar 414,000 qassis.

‘It-tnejn fil-mija (ta’ pedofoli) f’dan il-każ jinkludu l-qassisin, l-isqfijiet u l-kardinali,’ qal il-Papa, li anki sostna li ‘hemm oħrajn li jafu dwar dan l-abbuż iżda jippreferu li jibqgħu kwieti’.

Il-Papa Franġisku enfasizza li din is-sitwazzjoni, għalih, hi intollerabbli u b’La Repubblika toħroġ l-intervista partikolari miegħu taħt it-titlu ‘Lest li nuża l-bastun fil-konfront tal-qassisin pedofoli’.

Proprju s-sena l-oħra, l-Papa kien saħħaħ il-liġijiet tal-Vatikan kontra l-abbuż tat-tfal waqt li, ftit tal-ġimgħat ilu, talab maħfra mingħand il-vittmi li kienu sfaw suġġetti għal dan l-abbuż taħt idejn il-qassisin.

Filwaqt li mhix magħrufa eżatt l-inċidenza tal-pedofolija fost il-popolazzjoni ġenerali, il-kalkoli u l-evalwazzjonijiet isostnu li din hi riflessa b’anqas minn ħamsa fil-mija.

Intant, il-Papa – permezz tal-istess intervista – tenna t-twemmin tiegħu li jeżistu ‘s-soluzzjonijiet’ għall-problemi dovuti għall-fatt li l-qassisin Kattoliċi huma pprojbiti milli jiżżewwġu