Wara li fl-aħħar xhur twaqqfu diversi strutturi ġodda fil-PN fir-riforma li l-partit qed iwettaq biex ikun aktar viċin in-nies, issa twaqqafet struttura gdida – il-Kulleġġ tal-eks Deputati tal-PN.
Dan il-Kulleġġ, li jinkludi wkoll eks uffiċjali tal-Paritit, se jkun qed igib flimkien lill-eks Deputati tal-PN li jkunu taw kontribut politiku iżda issa ma jkunux baqgħu attivi fil-Partit.
Il-Kulleġġ diġa ħatar il-Kumitat Eżekuttiv li għandu lil Richard Muscat bħala President, lil Michael Falzon bħala Viċi-President u lil Joe Cassar bħala Segretarju Ġenerali.
L-eks Deputat Frans Agius inħatar Teżorier, Malcolm Mifsud Segretarju Internazzjonali u l-eks Deputat Michael Asciak bħala Segretarju Informazzjoni.
Fl-ewwel laqgħa tiegħu l-Kulleġġ hħatar lil Richard Muscat, Joe Cassar u Michael Falzon biex jirrapreżentawh fil-Kumitat Eżekuttiv tal-PN.
//= $special ?>