Il-konferenza annwali tar-riżorsi umani għas-sena 2014 ġiet imħabbra mill-FHRD.
Il-Fondazzjoni ilha torganizza dan l-avveniment għal numru ta’ snin b’ titjib kontinwu u impenn lejn is-suċċess ta’ din il-konferenza. B’udjenza li dejjem tikber mas-snin, FHRD baqgħet tinvesti biex tattira kelliema professjonali, kemm lokali kif ukoll barranin, ’workshops’ u wirjiet.
It-titlu tal-konferenza ta’ din is-sena huwa ‘Talent Retention: Turnover into Tenure’, li jirrifletti l-firxa vasta ta’ temi marbutin ma’ diskussjonijiet u ‘workshops’ li ser iseħħu matul il-ġurnata. Dan l-avveniment ser jitwettaq fis-17 ta’ Ottubru 2014 fir-Radisson Blu Golden Sands.
Illum il-ġurnata, l-organizzazzjonijiet jgħarfu l-importanza li jikkommettu fl-impjegati tagħhom, sabiex lil dawn il-ħaddiema superjuri jimpjegawhom, iżommuhom u jiżviluppawhom. Is-sitwazzjoni m’hi xejn differenti f’Malta. Il-konferenza ta’ din is-sena ser tindirizza kwistjonijiet ta’ din ix-xorta u tittratta soluzzjonijiet u direttivi li jistgħu jgħinu lill-organizzazzjonijiet jaffaċjaw l-ostakli tal-preżent.
Bħas-snin ta’ qabel, huma mistennija madwar 300 parteċipant minn firxa kbira ta’ organizzazzjonijiet.
Sitt ‘workshops’ u fiera ser jiġu mtellgħin bl-għan li tinħoloq iktar interazzjoni mal-udjenza. Permezz tal-websajt il-ġdida wieħed jista’ jirreġistra għal dan l-avveniment onlajn kif ukoll jikseb aktar informazzjoni dwar din il-konferneza annwali. Iżjed informazzjoni dwar l-edizzjonijiet tal-passat huma wkoll disponibbli għall-benefiċċju addizzjonali tal-pubbliku.
//= $special ?>