L-Arċisqof Pawlu Cremona ħatar lil Fr Glen Buhagiar bħala kappillan tal-parroċċa tal-Qrendi.
Fr Glen Buhagiar twieled fit-19 ta’ April, 1980. Huwa rċieva l-edukazzjoni primarja fl-iskola St Francis Bormla, l-edukazzjoni sekondarja fil-Kulleġġ Santu Wistin tal-Pieta’, u l-edukazzjoni post-sekondarja fil-Liċeo Paolino Vassallo, Raħal Ġdid. Kompla l-istudju terzjarji (Filosofija u Teoloġija) fil-Fakulta’ tat-Teoloġija fl-Universita’ ta’ Malta.
Fr Glen ġie ordnat saċerdot fit-3 ta’ Lulju 2008. Huwa beda l-ħidma pastorali tiegħu fil-parroċċa taż-Żurrieq fejn serva għal dawn l-aħħar sitt snin bħala viċi arċipriet. Matul dan iż-żmien kien ukoll direttur spiritwali fil-Kulleġġ San Benedittu, Skola Sekondarja Subien ta’ Ħal Kirkop.
Il-parroċċa tal-Qrendi ti;bor fiha madwar 2,775 persuna f’820 familja.
//= $special ?>