Qabel it-Tazza tad-Dinja Dirk Kuyt kien ħabbar li kien se jirtira mit-tim nazzjonali fi tmiem it-turnament wara 10 snin jilbes il-flokk Olandiż.
Kuyt skorja l-100 gowl tiegħu u kien fost dawk li skorjaw il-penalty fil-kwarti tal-finali kontra l-Costa Rica u fis-semifinali kontra l-Arġentina.
Imma għalkemm il-kowċ tal-Olanda Louis Van Gaal qal li t-tielet logħba qatt m’għandha tintlagħab”, kellha sinifikat speċjali għal Kuyt għaliex kienet l-aħħar waħda mat-tim. Beda l-logħba mill-bidu u l-aħħar logħba tiegħu dehret perfetta bl-Olandiżi 2-0 minn fuq wara 16-il minuta. Imma eżatt qabel il-mistireħ Kuyt sofra daqqa ta’ minkeb f’rasu li bidlitlu l-kulur ta’ xagħru f’aħmar bil-qasma li kellu fuq widnejh.
Ċertu plejers probabbilment kienu joħorġu, partikolarment f’logħba mingħajr interess, imma mhux l-eks plejer ta’ Liverpool li talab lit-tabib tal-klabb biex juża stapler u jagħlaqlu l-ferita sabiex ikun jista’ jtemm il-logħba.
L-Olanda rebħu 3-0 u Kuyt ġabar il-midalja tal-bronż b’xagħru lewn ħarmani.
Ritratt: Dirk Kuyt jirċievi l-midalja mingħand Sepp Blatter b’xagħru kollha demm
//= $special ?>

