Il-Partit Laburista qed jiffaċċja sitwazzjoni f’Ħaż-Żabbar li qed tikkomplika iktar ma jidħlu fiha elementi u forzi ġodda.
L-aħħar żvilupp żvelat f’din il-kontroversja kienet theddida ta’ riżenja mill-Kumitat Lokali Laburista jekk il-Partit Laburista jieħu xi azzjoni konra l-eks Sindku ta’ Ħaż-Żabbar Quinton Scerri.
Scerri rriżenja minn Sindku ta’ Ħaż-Żabbar il-ġimgħa li għaddiet wara rapport tal-Bord ta’ Governanza Lokali li fiha l-eks Sindku Laburista kien dikjarat persuna mhux kredibbli jew li tista’ toqgħod fuqu u li l-kunsilliera kellhom jużaw id-drittt tagħhom li jsejjħu għal vot ta’ sfiduċja fih.
Il-Bord issuġġerixxa wkoll li għandu jingħata l-poter li jxolju l-Kunsill Lokli ta’ Ħaż-Żabbar meta jkun meħtieġ. Ir-rapport tal-Bord iffoka fuq diversi allegazzjonijiet ta’ irregolaritjiet imewttqa mis-sindku meta organizza l-festival tal-ikel, l-għoti ta’ kuntratt lil kumpanija li fiha hemm xi ħadd mill-istess sindku bħala direttur u dwar attentat li jagħmel azzjoni negattiva fuq kunsillier ieħor.
Il-Bord ikkonkluda li l-vot qawwi li kiseb is-Sindku telgħalu għal rasu sal-livell li nesa l-proċeduri li jrid isegwi bil-konsegwenza li mexxa l-Kunsill b’mod irresponasbbli u dilettantesk.
Din is-sitwazzjoni ġabet reazzjoni qawwija fil-Partit Laburista fejn il-Kumitat Lokali kiteb lill-amministrazzjoni dwar il-pożizzjoni tiegħu li minkejja r-rapport tal-Bord, xorta jappoġġja lil Scerri.
Il-kobba kompliet titħabbel għall-fatt li l-attivist Laburista Ronnie Pellegrini hu membru tal-Bord bir-riżultat li persuni li jappoġġjaw lil Quinton Screri qed isostnu li kien hemm skop wara l-bidu tal-investigazzjonijiet.
Jirriżulta wkoll li hemm qasma bejn il-Kunsillieri Laburisti ta’ Haż-Żabbar tant li numru minnhom m’humiex jattendu l-laqggħat tal-Kunsill Lokali skont kif jispeċifikaw ir-regoli tal-Kunsilli Lokali. Issa li Quinton Scerri irriżenja, hemm diversi Kunsillieri Laburisti ta’ Haż-Żabbar li jridu joħdulu postu.
//= $special ?>