Internazzjonali

Ajruplan militari Ukren jiġġarraf fil-lvant tal-pajjiż

It-tensjoni bejn l-Ukrajna u r-Russja żdiedet sinjifikament meta ajruplan militari Ukren iġarraf fil-lvant tal-pajjiż waqt ġlied ma’ separatisti favur ir-Russja.

L-ajruplan tat-tip An-26 kien jinstab aktar minn sitt t’elef metru il-fuq mill-art meta jidher li ntlaqat minn missila li osservaturi qalu ġiet sparata minn naħa Russa. L-aħħar rapporti indikaw li l-ekwipaġġ kien salva.

Dwar dan l-inċident s’issa ma’ kien hemm ebda kumment minn naħa ta’ Moska għalkemm dan l-inċident jiġi fl-isfond ta’ rapport tan-NATO dwar żieda qawwija fin-numru ta’ truppi Russi mal-fruntiera Ukrena.