Maltul is-sena 2012, kien hemm 2,353 impjegat f’xogħol ta’ riċerka u żvilupp u l-akbar rata ta’ impjiegi kienu fis-settur tal-intrapriża u n-negozju b’1,192 impjegat. Wara kien hemm dawk fis-settur tal-edukazzjoni ogħla b’1.075 impjegat. Ir-riċerkaturi u t-tekniċi kienu fil-maġġoranza kbira tagħhom irġiel.
Dan joħroġ minn ċifri maħruga mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) dwar is-settur tar-riċerka u l-iżvilupp f’Malta bejn l-2010 u l-2012.
Jirriżulta li matul is-sena 2012, in-nefqa totali f’attivitajiet marbuta mar-riċerka u l-iżvilupp kienet ta’ €62.4 miljun li jfiser żieda ta’ €14.2 miljun jew 29.4 fil-mija fuq is-sena ta’ qabel. Is-settuir tan-negozju u l-intrapriża ikkontribwixxa għal 58 fil-mija tat-total tar-riċerka u l-iżvilupp filwaqt li s-settur tal-edukazzjoni ogħla u tal-Gvern ikkontribwixxa għal 33.4 fil-mija u 8.6 fil-mija rispettivament. Iż-żieda fin-nefqa tar-riċerka u l-iżvilupp kienet tiżultat ta’ żieda fin-nefqa kapitali ta’ €9.7 miljun, l-aktar investiment f’faċilitajiet ta’ riċerka u żvilupp fosthom fil-Life Sciences Centre.
Il-ħlas lil ħaddiema kien ta’ 51.8 fil-mija tan-nefqa totali filwaqt li n-nefqa rikurrenti u l-proġetti kapitali ammontaw għal 26.8 fil-mija u 21.4 fil-mija tan-nefqa rispettivament.
L-istatistika tal-NSO turi li l-aktar attivita` fir-riċerka u l-iżvilupp kienet fis-settur tal-inġinerija u t-teknoloġija li ammontat għal 29.1 fil-mija tan-nefqa totali. Wara kien hemm ix-xjenza medika b’27.6 fil-mija u x-xjenzi naturali b’21 fil-mija tan-nefqa totali.
//= $special ?>