Malta kellha l-akbar tnaqqis fil-produzzjoni industrijali minn fost il-pajjizi kollha tal-Unjoni Ewropea, tnaqqis ta’ 11.9 fil-mija. Dan jirrizulta minn statistika li harget l-Agenzija tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, l-Eurostat ghax-xahar ta’ Mejju li għadda meta mqabbel ma’ Mejju tas-sena li għaddiet.
Pajjiżi oħra li rreġistraw tnaqqis kienu Franza u l-Fillandja b’4.2% u 2.9% rispettivament.
F’Mejju ta’ din is-sena meta mqabbel ma’ April ta’ din is-sena, il-produzzjoni industrijali f’pajjiżna naqset b’1.1% kemm meta mqabbel mat-28 pajjiż fl-Unjoni Ewropea u anke mal-pajjiżi fiz-zona ewro.
Izda minn naħa l-oħra kemm fil-pajjiż membri u anke f’dawk fiż-żona ewro f’April 2014 il-produzzjoni industrijali żdiedet b’punt sebgħa fil-mija.
Il-ġimgħa li għaddiet ħarget statistika oħra din id-darba mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, li tikkonferma kif bejn Mejju tas-sena l-oħra u Mejju ta’ din is-sena, il-produzzjoni mill-industrija ta’ pajjiżna naqset b’aktar minn ħdax fil-mija
//= $special ?>