Il-Casino ta’ Dragonara appella għal ġlieda kontra l-logħob illegali u ssuġġerixxa t-twaqqif ta’ working group li jidentifika l-problemi f’dan il-qasam u kif nistgħu niġġieldu din il-problema.
L-appell sar waqt donazzjoni ta’ 10,000 ewro lill-Fondazzjoni għal-Logħob Responsabbli f’għeluq il-50 anniversarju mit-twaqqif tal-Casino ta’ Dragonara.
Id-donazzjoni saret fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari għall-Kompettività u t-Tkabbir Ekonomiku, Josè Herrera, li f’diskors li għamel saħaq fuq l-importanza tal-logħob responsabbli.
Franco Degabriele, Business Development Director tad-Dragonara Casino, qal li d-Dragonara Casino jospita iktar minn elf persuna kuljum. Filwaqt li tenna l-impenn tal-kumpanija lejn logħob responsabbli, huwa saħaq li l-ġlieda għandha tkun kontra l-logħob illegali u ssuġġerixxa t-twaqqif ta’ working group li jidentifika l-problemi f’dan il-qasam u kif nistgħu niġġieldu din il-problema.
Preżenti għall-għotja tad-donazzjoni kien hemm ukoll ic-Chairman tal-Fondazzjoni, Silvio Schembri, u l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Logħob u l-Lotteriji, Joseph Cuschieri.
//= $special ?>