Għawdex Lokali

Filmat: Il-Ministru Michael Farrugia jgħid biss li hemm kwistjoni ta’ interpretazzjoni dwar il-każ taż-żewġt tfal Ġermaniżi

Wara li żewġt itfal Ġermaniżi li kienu taħt care order mal-Aġenzija Appoġġ tħarrbu minn Malta, il-Ministru għal Familja u s-Solidarjeta’ Soċjali Michael Farrugia qal li hemm kwistjoni ta’ interpretazzjoni ta’ ġurisdizzjoni bejn il-Ġermanja u Malta.

Hu qal li qed isiru l-investigazzjonijiet dwar dan il-każ u għaddejjin diskussjonijiet bejn l-awtoritajiet Maltijn u Ġermanizi dwar dan il-każ.

Aktar dettalji u kummenti tal-Ministru Farrugia fil-filmat.