… minkejja li warajh ġew Kummissarju u Aġent Kummissarju.
Għal waħda mill-websajts tal-Gvern John Rizzo għadu l-Kummissarju tal-Pulizija.
Il-websajt www.justiceservices.gov.mt, fejn wieħed jista’ jidħol biex isib il-liġijiet ta’ Malta u informazzjoni fuq il-qasam tal-ġustizzja f’Malta, għadha qed turi lil John Rizzo bħala l-Kummissarju tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.
Dan minkejja li wara John Rizzo ħadlu postu Peter Paul Zammit bħala Kummissarju tal-Pulizija u wara dan, il-Korp għadda fit-tmexxija ta’ Ray Zammit.
Dan ifisser li minkejja li l-Korp tal-Pulizija għadda fit-tmexxija ta’ żewġ persuni ġodda, il-websajt tal-Gvern għadha qed turi informazzjoni antika u barra minn żmienha.
Il-websajt www.justiceservices.gov.mt, fejn tinsab din l-informazzjoni żbaljata, hija l-istess websajt fejn il-Gvern jaġġorna b’liġijiet ġodda, informazzjoni dwar il-qasam tal-ġustizzja u l-qrati ta’ Malta kif ukoll informazzjoni marbuta oħra.
Meta fir-‘reshuffle’ il-Prim Ministru kien appunta lil Owen Bonnici bħala Ministru responsabbli mill-ġustizzja, u allura ittieħed parti mill-portafoll ta’ Manwel Mallia, inbniet websajt ġdida għall-Ministeru tal-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali mmexxi minn Manwel Mallia, filwaqt li infetħet paġna ġdida għall-Ministeru tal-Ġustizzja, l-Kultura u l-Gvern Lokali mmexxi minn Owen Bonnici. Il-paġna li nfetaħ għal din il-Ministeru ma kienetx websajt ġdida, iżda paġna ġdida fi ħdan il-websajt tal-Prim Ministru.
//= $special ?>