Il-kuntratt tal-mara tal-Ministru Konrad Mizzi, ippubblikat mill-Prim Ministru llejla wara pressjoni kbira mill-Partit Nazzjonalista, mill-media indipendenti u mid-Deputat Laburista Marlene Farrugia, jikkonferma li s-Sinjura ta’ Konrad Mizzi titħallas 13,000 ewro fix-xahar f’salarju u benefiċċji oħrajn fosthom ħlasijiet għar-residenza fejn toqgħod, karozza bil-petrol, l-edukazzjoni tat-tfal, telefonija, kura medika, u vjaġġi tagħha u tar-raġel u tat-tfal bejn Malta u ċ-Ċina
Il-kuntratt jikkonferma li f’salarju biss fuq dawn it-tliet snin, is-Sinjura ta’ Konrad Mizzi se titħallas 220,000 ewro. Madankollu, il-kuntratt jistipula wkoll ħlasijiet ferm akbar mill-paga bażika. Is-Sinjura ta’ Konrad Mizzi għandha ħlas ta’ darba ta’ 8,500 ewro biex tissetilja u ħlas anke ghall-container, allowance tar-rappreżentanza ta’ 10,000 ewro fuq tliet snin, 9,000 ewro allowance tat-tfal, ħlas għall-edukazzjoni tat-tfal li ma jistax jaqbeż 111,000 ewro fuq tliet snin, ħlas għar-residenza li stima konservattiva twassal għas-somma ta’ 45,000 ewro fuq tliet snin, ħlas għal karozza u l-petrol li stima konservattiva ħafna twassal għal 30,000 ewro fuq tliet snin, ħlas ghal xufier li m’aħniex nistmawh f’dan il-kalkolu, ħlas għat-telephones u l-mobiles li bi stima ta’ kemm jitħallsu d-Deputati Parlamentari twassal għal kalkolu ta’ 18,000 ewro fuq tliet snin, u ħlasijiet oħrajn għal kull membru tal-familja, għall-kura medika, għall-kura tas-snien u għall-kura tal-għajnejn.
Il-Minisru Mizzi, is-Sinjura tiegħu u t-tfal jitħallsu wkoll allowance għall-ivvjaġġar bl-ajru minn Malta għaċ-Ċina u lura għal ħames darbiet kull wieħed.
Stima konservattiva twassal għal ħlas totali fuq tliet snin ta’ 480,000 ewro li, diviżi b’36 xahar, jagħmlu ħlas ta’ 13,000 ewro fix-xahar.
Apparti dan kollu l-kuntratt jistipula li s-Sinjura ta’ Konrad Mizzi tħallas ħafna inqas taxxa min-normal. Dawn huma l-ħlasijiet għas-Sinjura ta’ Konrad Mizzi, minbarra li hemm Ambaxxatur ieħor ta’ Malta fiċ-Ċina.
//= $special ?>