Kultura Lokali

Il-Fondazzjoni Wirt Artna onorata mill-ġdid

Għat-tieni sena konsekkutiva il-Fondazzjoni Wirt Artna ġiet onorata b’ċertifikat ta’ eċċelenza għal tlett attrazzjonijiet tagħha jiġifieri il-Forti Rinella fil-Kalkara, il-Lascaris War Rooms fil-belt Valletta u l-Malta at War Musuem fil-Birgu.

L-istess fondazzjoni ngħatat ukoll il-premju ta’ Travelers’ Choice Awards għal Forti Rinella, l-għola unur li s-sit popolari TripAdvisor jista’ jgħati. Dan il-ġieħ ikun ibażżat fuq l-opinjoni ta’ miljuni ta’ nies li jiktbu fis-sit b’fama mondjali u jirrifletti s-sodisfazzjon bis-servizz, kwalita’ u anke s-sodisfazzjon tal-konsumatur.

Dan kollu tħabbar dalgħodu waqt konferenza stampa li għaliha kien preżenti l-Ministru tat-Turiżmu Edward Zammit Lewis.