Lokali

Illum beda l-programm popolari ‘Summer on the Move’

Summer on the Move, il-programm sportiv tal-Kunsill Malti għall-Isport beda llum b’rekord ta’ il-fuq minn 3500 parteċipant !

Il-programm qed ikun offrut fil-kumplessi sportivi tal-KMS propju f’dawk tal-Kottonera, Kirkop u tal-Qroqq, kif ukoll  fl-iskejjel tal-Mosta u tas-Siġġiewi.  Huma diversi d-dixxiplini sportivi offruti f’dan il-programm, fejn jibqgħu l-iżjed popolari l-għawm, il-ġinnastika, il-baskitbol u l-futbol.  Għal din l-edizzjoni, l-Kunsill Malti għall-Isport ħaseb biex għal-ewwel darba, joffri l-programm tal-karting matul il-ġimgħa. 
 
Il-programm Summer on the Move huwa imfassal b’tali mod biex dawk il-ġenituri li jwasslu lit-tfal fid-diversi ċentri, jkunu jistgħu jipparteċipaw f’attivita’ sportiva iddisinjati apposta għalihom. Hemm diversi programmi għal-adulti minn fejn wiehed jista’ jagħzel f’kull ħin tal-ġurnata u fiċ-ċentri kollha tal-Kunsill.Dawn il-programmi huma popolari ħafna u jvarjaw minn Għawm, Zumba, għal-Tai Chi u ħafna oħrajn.

Din is-sena ġew ukoll reveduti il-prezzijiet biex dejjem ikunu vantaġġuzi speċjalment għal dawk li jridu jużaw is-servizz il-ġimgħa kollha.  Il-programm se jibqa’ għaddej sal-5 ta’ Settembru 2014.

Din hija il-11-il edizzjoni ta’ dan il-programm li fih jistgħu jipparteċipaw tfal, żgħażagħ u adulti minn 4 snin il’ fuq.  Għal dan il-programm qed ikunu utiliżżati 200 kowċ speċjalizzat li qed jieħdu ħsieb li jagħtu l-attenzjoni meħtieġa lil kull parteċipant.  L-għan prinċipali ta’ dan il-programm hu li l-parteċipanti jitħarrġu u jgħixu ħajja aktar sana.

Minħabba din il-parteċipazzjoni qawwija fil-Pixxina Nazzjonali, ħafna mill-lanes qed ikunu meħudin mit-tfal ta’ Summer on the Move, għalhekk il-Kunsill Malti għall-Isport ħaseb biex jestendi is-sigħat għal-membri tiegħu tal-programm 60+. Filfatt issa il-ħin ġie estiz min-nofsinhar sal-4pm, biex għalhekk minn ikun irrid jibbukkja għandu iżjed flessibilta’. Il-ħinijiet tal-programm 60+ huma bejn it-Tnejn u il-Ġimgħa mit-8am sal- 4pm.

Il-Kunsill Malti għal-Isport dejjem jara kif joffri l –aħjar servizz lill-klienti tiegħu u dan jixxedu is-suċċess kbir li kellu f’dan l-ewwel jum tal-programm Summer on the Move.