Maximilian Ciantar, li kien wehel sentejn ħabs wara li kien tajjar tewmin bniet ta’ 11-il sena f’Ħ’Attard, iddiskriva lilu nnifsu bħala l-aktar bniedem sfortunat fid-dinja hekk kif qed jerġa’ jiffaċċja proċeduri kontrieh fuq inċident tat-traffiku ieħor.
Min-naħa tagħha, il-Magistrat Claire Stafrace Zammit, filwaqt li cahdet talba ohra ghal liberta’ proviżorja, qalet li Ciantar ġab kollox b’idejh, u l-isfortuna waħidha ma tistax tispjega kif b’mod ripetut huwa jkompli jikser difrejh mal-gustizzja. Ciantar kien qed jiġi mfittex wara li allegatament baqa’ dieħel fuq karozza oħra u prova jtajjar mara.
Ċiantar jinsab mixli wkoll li hedded lil Joseph Catania u bintu, li qal kliem oxxen fil-pubbliku, li naqas li jagħti dettalji tal-karozza li kien qed isuq wara li kien involut fl-inċident, li saq bi traskuragni, li ma kellux liċenzja tas-sewqan, li ma kienx kopert b’polza tal-assikurazzjoni u li kiser sentenza tal-Qorti.
Qed jiġi mixli wkoll li fl-istess jum, fl-Isptar Mater Dei m’obdiex l-ordnijiet tal-Pulizija waqt li kien fil-kustodja tagħhom u li kiser il-paċi pubblika b’għajjat u ġlied.
Il-Magistrat Stafrace Zammit irrimarkat li Ciantar għandu bżonn l-għajnuna.
Il-każ se jkompli fit-28 ta’ Lulju li ġej, b’Ċiantar jibqa’ jinżamm taħt arrest preventiv, anke jekk il-Magistrat Stafrace Zammit għad trid tiddeċiedi jekk hu għandux jibqa’ taħt arrest preventiv jew inkella tagħtih il-ħelsien mill-arrest fil-jiem li ġejjin
//= $special ?>

