Il-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista (MŻPN) esprima tħassib bis-sitwazzjoni li qed tizviluppa fl-Università ta’ Malta u l-Junior College fejn għal darb’oħra l-effett ta’ kwistjoni industrijali bejn il-Gvern u unions hu li l-istudent jispiċċa jintuża bħala arma fil-kwistjoni u dan għad-detriment tal-istess studenti.
L-MŻPN qal li jagħraf bħala sagrosant id-dritt u d-dmir ta’ kull union li tħares l-interessi tal-membri tagħha u li tieħu dawk il-miżuri industrijali meħtieġa sabiex twettaq dan id-dmir tagħha.
Fl-istess ħin, iżda, l-MŻPN appella sabiex ma jkunx l-istudent li mill-ġdid ikollu jħallas il-prezz tan-nuqqas ta’ ftehim madwar il-mejda.
L-MŻPN awgura li filwaqt li jinstab ftehim aċċettabli għaż-żewġ naħat mill-aktar fis possibbli, m’għandux ikun l-istudent li jbati minn nuqqas ta’ qbil bejn iż-żewġ naħat.
Fl-istqarrija, l-MŻPN tesprima sapport sħiħ lejn il-ħidma tal-Kunsill Studenti Universitarji (KSU) f’dan ir-rigward, ħidma li, id f’id ma’ bosta għaqdiet oħra tal-istudenti fi ħdan l-Università ta’ Malta, hija intiża sabiex l-istudenti ma jintużawx bħala arma għan-negozjar.
//= $special ?>