Internazzjonali Lokali

Malti-Awstraljan jitlef ħajtu f’inċident tat-traffiku fl-Awstralja

Philip Vassallo, żagħżugħ ta’ 17-il sena Malti Awstraljan tilef ħajtu traġikament f’inċident tat-traffiku f’Sydney l-Awstralja.

Nhar il-ġimgħa iż-żagħżugħ kien qed isuq il-karozza tiegħu tat-tip Datsun meta ħabat ma’ vettura tat-tip Hilux Ute. Justin Galea, żagħżugħ ta’ 17-il sena li kien riekeb fil-karozza flimkien ma Vassallo meta seħħ l-inċident ġarrab xi ġrieħi gravi.

Il-Pulizija Awstraljana qalu li se jinvestigaw jekk Philip tilifx ħajtu kawża ta’ tlielaq illegali fit-toroq, kif ukoll jekk il-karozza kelliex magna mibdula u li hi llegali li ssuq biha. Ħbieb ta’ Vassallo li kienu fuq il-post, fosthom Andrian Xiberras qal li fil-ħin tal-inċident iż-żagħżugħ ma kienx qed itellaq, u laqqas xurban iżda sostna li kien “żball sempliċi waqt is-sewqan”.

L-Ispettur Mark Cook qal li mill-bidu ta’ din is-sena kien hemm 35 persuna bejn is-17 u l-25 sena li tilfu ħajjithom minħabba inċident tat-traffiku fit-toroq ta’ New South Wales.