Lokali

Malti jeħlisha ħafif f’attakki fi Tripli

Brian Borg, ħaddiem ma’ kumpanija taż-żejt fil-Libja, ħelisha ħafif wara li l-uffiċini tal-kumpanija fejn jaħdem fi Tripli kienu attakkati.

Il-ħaddiem li jaħdem mal-Kumpanija Akakus Oil Company qal li kienet esperjenza tal-biża’. Kif jidhru fir-ritratti meħudin minn fuq is-sit soċjali facebook.com, l-uffiċini kienu fil-mira ta’ attakk bl-armi tan-nar.

F’kummenti fuq Facebook Brian Borg qal li l-isparar ma qata’ xejn sa mill-ħamsa ta’ filgħodu. Dan hekk kif l-inkwiet fil-kapitali Libjana għadu għaddej bi gruppi differenti ta’ milizji qed jibqgħu jeħduha kontra l-awtoritajiet tal-pajjiż.

image (2)

image (4)

image (6)

image (5)