Il-leġġenda tal-Arġentina Diego Maradona qal li l-kompatrijott tiegħu Lionel Messi ma kienx jimmeritah l-unur tal-Ballun tad-deheb bħala l-aqwa plejer fit-Tazza tad-Dinja.
Messi li għandu 27 sena rċieva l-premju wara t-telfa fil-finali kontra l-Ġermanja. “Nagħti l-ġenna u l-art għal Messi imma n-nies meta jiġġudikaw se jaraw li rebaħ xi ħaġa li ma kienx jimmeritah jirbaħ u dan hu inġust. Stajt ninnota li ma riedx imur għall-premju,” qal Maradona li rebaħ dan l-unur fl-1986. Hu qal ukoll li l-playmaker Kolombjan James Rodriguez kellu jirbaħ dan l-unur.
Maradona qal li pajjiżu għandu jkun kburi li wasal fejn wasal u qal li l-Ġermaniżi kienu biss aħjar minħabba nuqqas ta’ ftehim fid-difiża. “Urewna ħafna rispett u l-plejers tagħna rebħu dan ir-rispett.”
//= $special ?>

