Internazzjonali

Operazzjoni delikata sabiex il-Costa Concordia jinġarr lejn Genova

Fil-gżira ta’ Giglio barra l-Italja bdiet il-ħidma delikata biex il-vapur Costa Concordia jinġarr lejn il-port ta’ Genova biex jiżżarma.

Din hi l-akbar ħidma fuq il-baħar ta’ din ix-xorta u l-proċess biex il-Concordia ikun lest biex jinġarr mistenni jdum ġimgħa.

Il-vapur kien iddrittat f’Settembru. Illum il-vapur inqala minn fuq strutturi tal-ħadid li kien hemm mal-qiegħ wara li kontenituri mal-ġenb tal-vapur intlew bl-arja.

Huwa maħsub li l-ispiża għas-sidien tal-Costa Concordia il-grupp Costa Crociere sabiex il-vapur jiġi mneħħi mill-post u eventwalment jiżżarma ser taqbeż il-1.5 biljun Ewro.

It-traġedja tal-Costa Concordia kienet ħasdet il-ħajja ta’ 32 persuna fosthom ta’ Russel Rebello, waiter Indjan li skond għalih ser tkun qed issir tfittxija fuq il-vapur fis-siegħat li ġejjien.