Ġuvnott ta’ 22 sena mis-Somalja ġie kundannat sena ħabs sospiżi għal tliet snin wara li ammetta fil-Qorti tal-Maġistrati li nhar il-Ġimgħa, 11 ta’ Lulju li għadda ħebb għal Somalu ieħor.
Abdishakur Jama Hassan ammetta li fl-imsemmi jum, f’xi ħin bejn id-9.00 a.m. u s-1.00 p.m. fil-Marsa, ħebb għal Moowild Ibraahim Daahir u kkaġunalu ferita gravi.
Fuq din l-ammissjoni, il-Maġistrat Francesco Depasquale sabu ħati u wara li qies l-ammissjoni bikrija tiegħu u l-gravita’ tal-każ ikkundannah sentenza sospiża
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Sarah Magri filwaqt li Hassan kellu jidher għalin lill-Avukat tal-Għajnuna Legali Simon Micallef Stafrace.
//= $special ?>

