Tkompli t-tensjoni fil-Lvant Nofsani b’Iżrael tkompli bl-attakki mill-ajru fuq il-medda ta’ Gaza filwaqt li minn naħa l-oħra jkomplu l-attakki tal-Ħamas permezz ta’ rockets sparati lejn Iżrael.
Uffiċjali Palestinjani saħqu li min meta bdiet il-vjolenza nqatlu madwar 175 persuna. Minn naħa l-oħra l-awtoritajiet f’Iżrael qalu li l-Ħamas minn naħa tagħa diġa sparat l-fuq minn elf rockets fl-istess perjodu ta’ żmien. Matul il-jum ġew sparati wkoll rockets mid-direzzjoni tal-Lebanon u tas-Sirja; attakki li raw Iżrael twieġeb bil-forza.
F’attakk partikolari, din id-darba minn Gaza lejn Iżrael, il-mira kien ċentru li jissuplixxi d-dawl lejn Gaza sabiex b’hekk aktar minn 70,000 persuna spiċċaw bla dawl.
Intant in-Nazzjonijiet Uniti qalet li 17,000 Palestinjan f’Gaza kienu qegħdin ifittxu refuġju fil-faċilitajiet tan-Nazzjonijiet Uniti.
//= $special ?>

