Lokali

Twissija ta’ għeluq ta’ triq fil-Gudja

Transport Malta ħabbret li minħabba ċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum il-Gudja organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Gudja fil-pjazza tar-raħal Triq Raymond Caruana ser tkun mgħaluqa għat-traffiku għada bejn l-erbgħa ta’ wara nofs in-nhar u l-ħdax u nofs ta’ filgħaxija.

It-traffiku minflok ser jgħaddi minn Dawret il-Gudja. Is-sewwieqa huma mwissija sabiex isuqu b’kawtela u jsegwi d-direzzjonijiet.