Lokali Parlament

Ebda investigazzjoni dwar pornografija fuq interactive boards

Il-Pulizija ma għamlet l-ebda investigazzjoni dwar rapporti li dehru fil-media fejn dehru filmati pronografiċi fuq interactive boards f’Buġibba dan l-aħħar. Għal domanda Parlamentari, il-Ministru Edward Zammit Lewis f’isem il-Ministru Manwel Mallia wieġeb li ma sar l-ebda rapport f’dan is-sens lill-Pulizija u għalhekk ma saret l-ebda investigazzjoni.

Id-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea qal li dan il-fatt kien rappurtat fil-media u għalhekk wieħed kien jistenna li ssir investigazzjoni anke jekk ħadd ma mar jagħmel rapport f’xi Għassa tal-Pulizija.