Kultura

Festa ta’ Santa Marija Maddalena, f’Ħad-Dingli

Il-festa ta’ Santa Marija Maddalena fil-kappella dedikata lilha fuq l-irdum ta’ Ħad-Dingli se tiġi ċċelebrata nhar it-Tlieta, 22 ta’ Lulju. Dakinhar fis-7.30 p.m. tiġi ċċelebrata quddiesa fuq iz-zuntier tal-kappella. Wara jsir il-ħruq ta’ ħuġġieġa tradizzjonali u attivita’ soċjali waqt li ngawdu nżul ix-xemx u s-sbuħija tal-irdumijiet pittoreski ta’ Ħad-Dingli. Biljetti għall-attivita’ soċjali jinkisbu mill-Ufficcju Parrokkjali ta’ Ħad-Dingli jew dakinhar stess tal-attivita’. Il-kappella storika tal-Maddalena tkun miftuħa wkoll għall-pubbliku.

DingliFest 2014
Il-Kumitat Festa Esterna Santa Marija ta’ Ħad-Dingli se jorganizza d-DingliFest 2014. L-attivita’, bis-sehem ta’ talent lokjali u nazzjonali, se tiġi organizzata nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Lulju mit-8.00 p.m. ‘il quddiem fil-pjazza ħdejn il-Knisja ta’ Ħad-Dingli. Mistiedna specjali: Gaia Cauchi, Federica Falzon, Corazon Mizzi u Joe (id-Dulli) u Veronica Farruga. Ikun hemm kant, żfin, logħob għal kulħadd, ikel u xorb. Dħul b’xejn.