Floriana u Sirens laħqu ftehim biex il-plejer Giovanni Galea jingħaqad mal-klabb tal-Premier. Il-firma tal-kuntratt waslet wara s-sessjoni ta’ taħriġ tat-Tnejn.
Kif żvela dan il-ġurnal, Floriana ilhom għaddejjin bin-negozjati biex dan it-trasferiment jiġi konkluż. Huma xtaqu li Giovanni Galea jibda l-pre season mal-klabb, mar-ritorn tiegħu minn vaganza li taw Sirens lill-plejers bħala apprezzament tal-istaġun li għadda.
Madankollu, peress li kien għadu ma’ ntlaħaqx ftehim, Floriana talbu permess biex il-ġimgħa li għaddiet Giovanni Galea jinżel għat-taħriġ mal-klabb Furjaniż.
//= $special ?>

