Sport

Gerrard għandu jibqa’ captain – Beckham

L-eks plejer internazzjonali Ingliż David Beckham ħeġġeġ lil Steven Gerrard biex jibqa’ jilgħab u jibqa’ captain tat-tim. L-Ingiliżi iddiżappuntaw fit-Tazza tad-Dinja u sfaw eliminati mill-fażi tal-gruppi mingħajr rebħa. Gerrard, li għandu 34 sena għadu ma żvelax x’se jagħmel fil-futur.

Beckham, li kien captain tat-tim Ingliż f’żewġ edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja qal, “Nemmen li Gerrard għandu jibqa’ captain għax il-plejers żgħażagħ iridu lil xi ħadd biex jagħtihom l-eżempju. Tul dawn l-aħħar snin Gerrad kien captain denju kemm tal-Ingilterra kif ukoll ta’ Liverpool.”