Qorti

Il-Qorti tgħid li dak li ngħad fuq membri tal-“Happy Paws” huwa minnu

Erba’ ex-membri tal-kumitat tas-soċjeta’ tal-annimali “Happy Paws” kienu kkritikati mill-Qorti u kellhom il-kawża ta’ libel għad-danni tagħhom injorata fil-konfront tal-President tal-Organiżazzjoni mhux Governattiva. Il-Maġistrat Francesco Depasquale ikkritika lil Vivien Buckley Palmer, Maria Peterson, Margaret Micallef u lil Margaret Higgins li fetħu proċeduri kontra Maike Beekman fuq kummenti li għadda fuqhom.

Il-Qorti qalet li l-ex membri ta’ “Happy Paws” użaw il-Qorti biex iqajjmu l-argumenti tagħhom fil-Qorti fil-konfront ta’ Beekman, u dan kollu sar biex issir ħsara lura meta huwa qal il-verita’. L-erba’ ex membri lmentaw dwar artiklu li deher fis-7 ta’ Ġunju, 2009 fuq il-website tal-“Happy Paws” fejn qalu li l-kummenti kien defamatorji.

L-artiklu kien jgħid li l-ex erba’ membri tal-kumitat inkwistjoni kienu bidlu l-kuntratti fuq kirja għal żewġ ħwienet tal-karita’ operati “ Happy Paws” li jfisser li l-ebda ammont ta’ flus ma kien se jmur għall-klinika operata mill-istess soċjeta tal-karita’. U dan kollu kien seħħ wara li Vivien Buckley Palmer, Maria Peterson, Margaret Micallef u Margaret Higgins kienu rriżenjaw mis-soċjeta’.

Fis-sentenza tiegħu il-Maġistrat qal li l-artiklu kien wieħed veritier u li l-każ ma kienx attentat biex iħammeġ isem il-President tas-soċjeta’ karitattiva’ Maike Beekman, dan billi wieħed ipprova jabbuħa mis-sistema ġuridika. Qal li dan kollu jagħti isem ħażin lill għadd ta’ organiżazzjonijiet tal-karita’ li ma ġġieldux il-battalji personali fil-pubbliku, imma li rranġaw id-differenzi kollha madwar mejda.

Il-Qorti staqsiet dwar l-involviment tal-erba’ ex-membri tal-organiżazzjoni tal-karita’ fejn qalet li kollox jindika li dawn saru biss membri għall-gwadan tagħhom personali, peress li hekk kif kien hemm problema, huma abbandunawha u qabdu u ħadu taħt idejhom żewġ ħwienet li l-organiżazzjoni tal-karita’ kienet tiddependi minnhom. Ħanut minnhom kien miftuħ f’San Ġwann u fl- 2006 ħanut ieħor kien fetaħ f’ San Pawl il-Baħar. Fl-2008 kienet fetħet klinika fil-Marsa bil-għan li tgħin annimali li jkunu weġġgħu.