Il-Qorti tal-Familja waqqfet omm milli titlaq lejn l-Istati Uniti ma’ bintha għax qalet li mhux fl-aħjar interess tat-tifla. It-talba tal-omm li għandha 25 sena li tħalli Malta ma’ bintha ta’ 10 snin twaqqfet mill-Imħallef Robert Mangion.
L-omm li isimha ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, qalet li hija xtaqet li tkompli b’ li studji tagħha l-Istati Uniti, talbet biex bintha tmur magħha.It-tifla qalet fil-Qorti li jekk ommha tmur l-Amerika, hija xtaqet li toqgħod ma’ ommha u mhux ma’ missierha.
Dan il-pass imma sab oppożizzjoni qawwija minn missier il-minuri li qal li bintu tinsab fi stat u eta’ li għandha ħafna ħbieb f’Malta, u li għandha bżonn stabbilita’. Il-missier argumenta, li “jekk bintu terġa’ tmur l-Istati Uniti ma’ jkunx fl-aħjar interess tagħha.”
Il-missier qal ukoll li peress li l-omm għandha xi familjari fl-Istati Uniti, hemm riskju li bintu ma tiġix lura Malta, fejn spjega wkoll li hu m’għandux il-meżżi finanzjarji biex imur l-Amerika biex jara lil bintu.
L-omm żagħażugħa li kienet ħarġet tqila meta kellha 16-il sena, mingħand ir-raġel li fetaħ il-każ il-Qorti, qalet li l-missier kien jaf mill-bidu li hija xtaqet tmur l-Amerika.
Il-Qorti minn naħa tagħha appuntat espert psikoloġiku li qal li mhux fl-interess tat-tifla li hija li diġa kienet l-Istati Uniti, terġa’ tispiċċa hemm. Qal li kieku dan kellu jiġri kienet se tħoss ħafna n-nuqqas tan-nannu filwaqt li r-relazzjoni ma missierha tispiċċa biex tbati.
Meta għarbel dak kollu li sema’ l-Imħallef Robert G Mangion qal li mhux fl-interess tat-tifla f’din il-fażi ta’ ħajjitha li terġa’ tispiċċa l-Istati Uniti u dan għal raġunijiet ovvji.
//= $special ?>

