Il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Adidas Herbert Hainer żvela li l-kumpanija se tibqa’ tisponsorja lill-attakkant tal-Urugwaj Luis Suarez li gidem lid-difensur Taljan Giorgio Chiellini u ġie sospiż mill-FIFA disa’ partiti mal-Urugwaj u erba’ xhur minn kull attivita` relatata mal-futbol.
Minkejja li kien hemm spekulazzjonijiet li l-isponsors kienu se jtemmu r-relazzjoni tagħhom ma’ Suarez, Hainer qal, “Aħna se nibqgħu naħdmu ma’ Suarez imma se niddiskutu miegħu u mal-aġent tiegħu biex ngħidulu x’se nkunu qed nistennew mingħandu, kemm fil-grawnd kif ukoll barra mill-grawnd.”
Hainer temm jgħid, “L-imġieba ta’ Suarez kontra l-Italja ma kinitx aċċettabbli imma nifhem il-pressjoni li jkollhom il-plejers waqt it-Tazza tad-Dinja u barra minn hekk Suarez talab apoloġija għal dak li għamel.”
//= $special ?>