Matthew Bonett ġie maħtur bħala Aġent Direttur Informazzjoni tal-Partit Nazzjonalista.
Matthew Bonett għandu 23 sena u studja fil-Kulleġġ Stella Maris, Ġan Franġisk Abela Junior College, u l-Università ta’ Malta. Huwa ggradwa b’Baċċellerat bl-Unuri fl-Istudji Ewropej u l-Komunikazzjoni, u wara b’Masters fl-Istudji Ewropej. Waqt li kien l-Università, Matthew serva bħala Koordinatur għall-Politika Soċjali tal-Kunsill Studenti Universitarji (KSU).
Fil-ħames snin li għaddew, Matthew Bonett ħadem bħala ġurnalist, produttur u preżentatur ma’ Media.link Communications.
Matthew Bonett inħatar Aġent Direttur Informazzjoni tal-Partit Nazzjonalista wara David Herrera, li okkupa l-kariga ta’ Direttur Informazzjoni tal-Partit Nazzjonalista matul is-sena li għaddiet.
//= $special ?>