Birra, mużika u ferm aktar
L-34 edizzjoni tal-Farsons Beer Festival ser tkun għal darb’oħra ċelebrazzjoni ewlenija tal-aqwa u l-itjeb birer f’Malta. Id-dilettanti tal-birra u tal-mużika qed jistennihom festival ta’ għaxart ijiem ta’ divertiment bejn il-25 ta’ Lulju u t-3 ta’ Awissu 2014, fil-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali. Kuljum, mit-8.00pm ’il quddiem.
B’70 installazzjoni minn fejn tisserva l-birra draught, 13-il bar kollha bi brands ta’ birer magħrufa, 15-il post tal-ikel, u ’l fuq minn 50 spettaklu minn artisti Maltin u internazzjonali, dan il-festival popolari fil-miftuħ jipprovdi ambjent uniku u divertenti.
“Il-Farsons Beer Festival hu meqjus bħala vetrina għall-birer tagħna kif ukoll pjattaforma għall-aqwa esponenti tal-mużika,” qal Shawn Caruana, Business Manager u organizzatur tal-Festival tal-Birra. “Din is-sena ser jerġa’ jkollna numru ta’ artisti favoriti f’Malta, bħal Tribali, Airport Impressions, Lauren Aquilina, Fakawi, The Rifffs, Xtruppaw, Pink Floyd (Tribute Band) u FireLight fost ħafna oħrajn. Dawn se jkunu fuq il-Palk Ewlieni u l-Palk tar-Rock.”
Bl-akbar għażla ta’ birer, il-viżitaturi se jsibu kemm birer Maltin u li kisbu fama internazzjonali, inkluż l-varjeta’ sħiħa taċ-Cisk Lager, u anki Cisk Chill Berry li għadha kemm ħarġet fis-suq. Iċ-Cisk Excel, il-Blue Label “smooth and creamy”, Kilkenny Irish Cream, Guinness, u John Smith’s Extra Smooth Ale se jkunu disponibli bħala draught. Wieħed isib ukoll brands internazzjonali bħal Corona Extra, Budweiser, Carlsberg, u Becks flimkien ma’ għażla unika ta’ brews speċjali u ales fi fliexken mir-Renju Unit għal bejgħ mill-Bar Internazzjonali. Ser ikun hemm wkoll premium brands ta’ cider bħal Strongbow u Bulmer’s Cider b’togħmiet differenti.
Minbarra l-food court popolari li joffri għażla varjata ta’ ikel, ser jieħdu sehem għall-ewwel darba il-BBQ & Grilling Association u Kombi bar għal cocktails. Il-Membri tal-Assoċjazzjoni se juru riċetti lill-udjenzi u jippreparaw taħlita ta’ ikel mixwi msajjar bil-birra, filwaqt numru ta’ cocktails li fihom il-birra se jkunu disponibbli miz-zona tar-Rock.
“Farsons Beer Festival kompla jikber fil-popolarità tiegħu kemm mal-Maltin kif ukoll mat-turisti. Dejjem naraw kif nistgħu nkomplu ntejbu l-livell tas-servizz u prodott li qed noffru biex il-viżitatur ikompli jgawdi minn esperjenza eċċellenti,” qal Shawn Caruana.
Ma’ kull xirja li ssir mill-Farsons Brand Store, il-klijenti jidħlu biċ-ċans li jirbħu l-premju tal-lotterija li jikkonsisti f’mutur sportiv Yamaha YZF – R125 filwaqt illi l-mug kommemorattiv tal-Beer Festival 2014 se jkun għall-bejgħ sakemm jifdal l-istokk. Iz-zona għat-tfal ser tkun fit-Teatru Grieg tal-Park Nazzjonali. Kull filgħaxija, din se tinkludi attivitajiet kreattivi, logħob u shows animati.
Il-Farsons Beer Festival hu sponsorjat minn Vodafone u għandu l-appoġġ ta’ GasanZammit Motors, Krea Malta Ltd, Malta Tourism Authority u vibefm. Id-dħul għal dan il-festival hu bla ħlas u se jkun hemm spazju għall-parkeġġ.
//= $special ?>