Sport Waterpolo

Neptunes isaħħu l-ewwel post

Stewart Said

Valletta McDonalds….5

Neptunes Grimaldi……11
(4-2),(0-3),(1-3),(0-3)

Valletta> R. Sciortino, R. Mock, M. Spiteri Staines, M. Korolija (2), N. Bonello Ghio, S. Cachia, D. Abela, C. Zammit (1), C. Debono, R. Scerri, D. Paolella, D. Filipovic (1), M. Rizzo (1)

Neptunes> A. Borg Cole, N. Lanzon (1), M. Lanzon, M. Stellini (2), T. Agius (1), M. Zammit, S. Camilleri, J. Camilleri (4), A. Zarb Cousin, P. Biros (1), B. Muscat Dougall, T. Molnar (1), C. Mercieca (1)

Referees> Mario Dalli, Stefano Scollo

Neptunes Grimaldi komplew isaħħu l-ewwel post meta għelbu lil Valletta McDonalds 11-5. Il-partita kellha żewġ uċuħ meta fl-ewwel nofs Valletta żammew il-pass mal-avversarji, iżda Neptunes ħadu r-riedni tal-partita u baqgħu jikkontrollaw faċilment bir-reazzjoni ta’ Valletta tkun fjakka. Nieqes għal Valletta kien hemm Michael Cordina filwaqt li Steve Camilleri ma niżilx fl-ilma wara li weġġa’ fil-partita preċedenti.

Kienu l-Beltin li rebħu l-ewwel sessjoni 4-2 iżda ċ-Champions dawru l-iskor b’gowls minn Stellini, Mercieca u Molnar u daħlu jistrieħu gowl minn fuq.

Valletta sofrew daqqa ta’ ħarta fil-bidu tat-tielet sessjoni meta tkeċċa Michael Rizzo filwaqt li ġie ‘fouled-out’ il-veteran Charlie Zammit. Neptunes ħadu vantaġġ mill-mument diffiċli ta’ Valletta u fetħu tliet gowls liema vantaġġ komplew isaħħuh fl-aħħar sessjoni biex kisbu l-ħames rebħa.