Lokali

Numru ta’ persuni evakwati mil-Libja lejn Malta

Il-krizi fil-Libja tibda’ tinfirex hekk kif żewġ ħelikopters ċivili u ajruplan żgħir tal-Air Libja niżlu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta wara li evakwaw numru ta’ ħaddiema mil-Libja; wieħed minn dawn il-ħaddiema hu Ġeneral Manager Malti.

Fl-aħħar ġimgħat iżda b’mod partikolari fl-aħħar siegħat, is-sitwazzjoni politika fil-Libja kompliet tiggrava hekk kif numru ta’ miliżja attakkaw l-ajruport ta’ Tripli bil-konswegwenza li ntlaqtu madwar 90 fil-mija tal-ajruplani li kienu fil-mitjar. Numru ta’ ġellieda Libjani nqatlu f’dawn l-attakki.

Din is-sitwazzjoni wasslet biex l-ispazjju tal-ajru Libjan ingħalaq bil-konswegenza li kien prtattikament impossibbli li jsiru titjiriet.

Iż-żewġ ħelikopters li waslu Malta huma reġistrati fi Franza u skont l-ewwel rapport jidher li kienu qed iġorru għaxar ħaddiema, inkluż il-membri tal-ekwipaġġ. Jirriżulta li dawn il-ħaddiema rnexxielhom jaħarbu minn fuq ir-rig li kienu qed jaħdmu fuqu fil-Libja u fuqhom kellhom il-passaporti tagħhom.

Filwaqt li dawn il-ħelikopters waslu minn Tripli, jirriżulta li l-ajruplan żgħir tal-Air Libja wasal minn Benghazi.

Immedjatament mal-wasla tagħhom f’Malta iż-żewġ ħelikopters u l-ajruplan kienu taħt il-kontroll tal-awtoritajiet Maltin tal-avjazzjoni flimkien mal-Forzi Armati Malttin li kienu viċin l-ajruplan u ż-żewġ ħelikopters.

Is-sitwazzjoni gravi fil-Libja wasslet biex numru ta’ pajjiżi qed jevakwaw lin-nies tagħhom minn dan il-pajjiż.