Raġel ta’ 39 sena mill-Fgura weħel tmien xhur ħabs u ġie mmultat €900 wara li ammetta li kellu 0.61 grammi eroina. John Farrugia ammetta li fit-2 ta’ Marzu 2005 kellu l-eroina f’ċirkostanzi li juru li ma kinietx għall-użu esklussiv tiegħu.
Farrugia kien twaqqaf mill-Pulizija u fuqu nstabu 14-il qartas li b’kollox kien fihom 0.61 grammi eroina b’purità ta’ 28%. Huwa kellu l-vizzju tad-droga u kien jixtri gramma kuljum bil-prezz ta’ Lm35 (madwar €80) li minnha kienu juża erba’ jew ħames pakketti, jiġifieri nofs grammi, u jbiegħ il-bqija għal Lm4-il pakkett.
Il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras ikkunsidrat fis-sentenza tagħha x-xiehda ta’ rappreżentanta tas-Sedqa, li qalet kif ir-raġel kien ilu erba’ snin ma jabbuża mid-droga, u l-kondotat tiegħu fejn huwa nstab ħati darbtejn ta’ pussess sempliċi u darbtejn oħra ta’ serq sempliçi. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Assistent Kummissarju Norbert Ciappara.
//= $special ?>

