Waqt is-Sessjoni Plenarja tal-llum fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu se jittieħed vot fuq in-nomina ta’ Jean Claude Juncker bħala President tal-Kummissjoni Ewropea. Juncker mistenni jagħmel diskors qabel l-vot li hu skedat għal kmieni wara nofsinhar.
Il-ħames prioritajiet li elenka Jean Claude Juncker għall-ħidma tiegħu fil-kariga ta’ President tal-Kummissjoni Ewropea huma li l-Kummissjoni jkollha fiċ-ċentru tal-ħidma tagħha policies li jkabbru l-ekonomija u joħolqu x-xogħol, li tiġi riformata u riorganizzata l-policy Ewropea dwar l-Enerġija, li jiġi negozjat ftehim bilanċjat u raġonevoli għall-kummerċ mal-Istati Uniti, li tkompi tiġi riformata l-unjoni monetarja mingħajr ma tigi preġudikata d-dimensjoni soċjali u li taħdem għal ftehim li jsaħħaħ l-integrazzjoni taż-żona ewro.
Juncker elenka wkoll ħames pilastri għall-isfida tal-immigrazzjoni rregolari li huma li jimplimenta il-Common European Asylum System; li jmexxi l-quddiem l-assistenza prattika li toffri din is-sistema; li jmexxi ‘l quddiem l-miżuri għal aktar koperazzjoni ma’ pajjiżi tat-tielet dinja, b’mod partikolari mal-pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq; li jkun hemm aktar determinazzjoni politika fuq livell Ewropej għal sistema legali ta’ immgrazzjoni u li jkun hemm ħarsien aħjar tal-fruntieri Ewropej.
Jean Claude Juncker għandu 60 sena u serva bħala Prim Ministru tal-Lussemburgu għal kważi 20 sena. Juncker kien il-kandidat tal-Partit Popolari Ewropew fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew li saru f’Mejju li għadda meta għall-ewwel darba l-gruppi politici ppreżentaw l-persuna magħzula minnhom għal kariga ta’ President tal-Kummissjoni Ewropea, bil-għan li ċ-ċittadini Ewropej jkunu wkoll esprimew l-għażla tagħhom għal din il-kariga prominenti tal-istituzzjonijiet Ewropej.
//= $special ?>