It-turiżmu permezz tal-cruise liners kompla jirreġistra titjib hekk kif in-numru ta’ passiġġieri fit-tieni kwart ta’ din is-sena, jiġifieri bejn Marzu u Ġunju, żdied b’5.7 fil-mija meta mqabbel mal-istess żmien is-sena li għaddiet.
Ċifri maħruga mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li matul dan iż-żmien, daħlu 89 bastiment tal-cruises kontra it-80 li kienu żaru Malta fl-istess żmien tas-sena li għaddiet.
Iċ-Ċifri tal-NSO għall-ewwel nofs ta’ din is-sena juru li b’kollox żaru Malta ftit iktar minn 160 elf turist permezz ta’ cruise, li hi żieda ta’ 15.8 fil-mija fuq l-ewwel sitt xhur tas-sena li għaddiet.
B’kollox, matul din is-sena, il-cruise liners għamlu 112-il waqfa f’Malta. Żieda ta’ 19-il waqfa meta mqabbel ma’ Jannar u Ġunju tal-2013.
//= $special ?>