Wara li l-proposta ta’ l-Eġittu għal waqfien mill-ġlied bejn Iżrael u militanti Palestinjani falliet hekk kif komplew l-attakki permezz ta’ rockets mill-Ħamas il-militar Izraeljan wissa lill-eluf ta’ Palestinjani fil-Lvant u t-Tramuntana ta’ Gaza beix jitilqu minn djarhom ghaliex fl-inhawi kienu se jattakkaw.
L-attakki Izralejani s’issa kkawzaw aktar minn 200 vittma filwaqt li t-Tlieta kien hemm l-ewwel vittma fuq in-naha Izraeljana.
Il-Prim Ministru ta’ Izrael Benjamin Netanyahu spjega li fid-dawl tal-falliment tal-waqfien mill-glied l-istat ta’ Izrael issa ma’ kellu ebda ghazla ghajr li jintensifika l-operazzjonijiet militari tieghu. Ħafna qegħdin iqisu ntervent militari fil-qalba ta’ Gaza permezz ta’ truppi fuq l-art bħala wieħed imminenti ħafna.
//= $special ?>

