Il-Libja tinstab f’kaos sħiħ hekk kif komplew l-attakki tal-militanti. Militanti li issa ħatfu sew taħt idejhom l-ajruport ta’ Tripli li issa jinstab trasformat f’żona ta battalja. B’hekk il-kapitali Libjana issa tinstab maqtugħa mid-dinja ta’ barra.
Il-ġlied fl-ajruport wassal sabiex in-Nazzjonijiet Uniti evakwat l-istaff tagħha mill-pajjiż. Il-ġlied fil-kapitali Libjana Tripli u l-belt ta’ Benghażi s’issa diġa ħalla madwar 15 il-persuna mejta minn nhar il-Ħadd li għaddha.
Fl-ajruport biss huma sebgħa il-mejta fil-ġlied. Intant ajruporti oħra wkoll jinstabu bi problemi. L-ajruport f’Benghażi ilu mgħaluq minn Mejju filwaqt li dak f’Misrata ilu mgħaluq minn nhar it-Tnejn għalkemm il-gvern Libjan saħaq li kien ser jerġa jiftaħ l-ajruport f’Misrata u ajruport żgħir fi Tripli.
//= $special ?>

