Il-Kap tal-Oppożizzjoni u Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil kellu ċ-ċans jitkellem ma’ Jean Claude Juncker, dan waqt summit tal-PPE, u filwaqt li feraħlu għall-kariga ġdida, tenna l-impenn tiegħu u tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista għal ħidma siewja għall-ġid komuni Ewropew
Dan kien l-ewwel summit li għalih attenda Jean Claude Juncker bħala President elett tal-Kummissjoni Ewropea, wara l-vot qawwi li ġab ilbieraħ. Preżenti kien hemm il-President uxxenti tal-Kummissjoni Ewropea Jose’ Manuel Barroso kif ukoll il-President tal-Kunsill Ewropew Herman Van Rompuy.
//= $special ?>