Lokali Parlament

L-Ispeaker Anġlu Farrugia ma’ jilqax talba ta’ l-oppożizzjoni

L-Ispeaker Anġlu Farrugia fil-bidu tas-Seduta tal-llum ta ruling li fih ma laqax dak li talbet l-Oppożizzjoni permezz tad-Deputat George Pullicino biex id-diskussjoni dwar l-Enemalta fil-Parlament ma tibdiex qabel ma l-Gvern ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti kollha li ffirma li b’xi mod jew ieħor se jkunu qed iħallu impatt fuq l-Enemalta. L-Oppożizzjoni talbet li jkollha l-informazzjoni kollha qabel tibda d-diskussjoni, fosthom il-pubblikazzjoni tal-kuntratti li sar ma Shangai Electric u ElectroGas.

L-Ispeaker qal li s-Sedja iddeċidiet li jekk il-Ministru jħoss il-ħtieġa li jressaq id-dokumenti fil-Kamra matul id-diskussjoni jista’ jagħmel dan. Hu responsabbilta` tal-Gvern u mhux tas-Sedja li jara x’dokumenti huma relevanti biex jitressqu quddiem il-Kamra u dan skont il-House of Commons tar-Renju Unit. L-Ispeaker qal li l-prerogattiva hi tal-Gvern x’dokumenti jressaq.

L-Ispeaker qal li l-Kumitat għandu l-poter jekk joħroġx xi dokument. Hu spjega li s-Sedja m’għandha l-ebda poter li titlob lil Ministru Konrad Mizzi, jew lil xi Ministru ieħor, li jressaq xi dokument fuq il-mejda tal-Kamra, sakemm l-istess Ministru waqt id-diskussjoni ma jirreferix u ma jikkowtax mill-istess dokument, għax f’dak il-każ hu jkun irid ipoġġieħ fuq il-mejda tal-Kamra.