Il-Banda Leone se tkun qed tirrepeti s-7 edizzjoni ta’ Leone Goes Pop nhar it-Tlieta li ġej fil-bajja ta’ Marsalforn f’Għawdex.
Is-7 edizzjoni tal-kunċert ittellgħet għall-ewwel darba fir-Rabat, Għawdex fis-7 ta’ Ġunju. Fost l-ispettaklu kien hemm Chris Grech u Raquela, li mal-Banda Leone ppreżentaw set-list ta’ mużika.
Għar-ripetizzjoni ta’ din l-edizzjoni, dawk li se jattendu huma mħeġġin imorru bil-kulur tat-tim tal-World Cup favorit tagħhom. Waqt il-kunċert se tindaqq mużika mir-repitorju tal-Beatles, Queen u Shakira, fost oħrajn.
Kull fondi miġbura se jmorru b’risq Puttinu Cares. Banda Leone tħeġġeġ lil dawk kollha interessati jsibu posthom qabel il-kunċert, li jibda fis-9.00 ta’ flgħaxija.
//= $special ?>