Internazzjonali Saħħa

Sal-2030 l-AIDS tista tkun taħt kontroll

Skont rapport tal-aġenzija tal-Aids tan-Nazzjonijiet Uniti, hemm ċans li sal-2030 l-epidemija tal-Aids tkun taħt kontroll.

Ir-rapport qal li n-numru ta’ infezzjonijiet ta’ HIVs ġodda u l-imwiet kawża tal-Aids dejjem qed jonqsu.

Minkejja dan, l-aġenzija għamlet apell għal iktar sforzi internazzjonali għax il-pass li bih mixjin l-affarijiet bħalissa ma jistgħux itemmu l-epidemija.

Barra minn hekk, l-għaqda tal-karità Medicins Sant Frontiers wissiet li ħafna minn dawk li għandhom bżonn il-mediċina għall-kura tal-HIV għad m’għandhomx aċċess għalihom.
Ir-rapport juri wkoll li hemm 35 miljun persuna fid-dinja li qed tbati mill-Aids.