Malta Public Transport ħabbret li se tkun qed topera servizz speċjali għal dawk li se jattendu għall-kunċert ta’ Joseph Calleja nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Lulju.
Il-Karozzi tal-linja se jkunu aċċessibli għal-lokalitajiet kollha f’Malta mill-11pm sas-1.30am
Għal dan is-servizz speċjali, il-konsumaturi se jħallsu €3 u jintuża magħtul il-ġurnata kollha. Il-biljetti speċjali għal dan is-servizz se jkunu jistgħu jinxtraw mill-biljetterija minn bejjiegħa awtorizzati madwar Malta jew minn fuq tal-linja stess.
Malta Public Transport se tkun qiegħda wkoll testendi l-ħinijiet ta-ftuħ tal-Park and Ride fil-Furjana bis-servizz ta’ mini bus joffri rikbiet frekwenti lejn u mill-venda tal-Belt. Il-parkeġġ se jibqa’ bir-rata normali ta’ €0.40 għal kull vettura u jinkludi l-vjaġġ bir-ritorn fuq il-minibus għax-xufier ul-passiġġieri.
Is-Servizz Speċjali se jopera kif spjegat hawn taħt. Fuq ix-xellug hemm in-numru tar-Rotta, segwit mil-lokalitajiet li żżur din ir-rotta u minn fejn se titlaq.
//= $special ?>