Lokali

Studenti bi profil tad-dyslexia f’laqgħa mal-Kelliem tal-PN għall-Edukazzjoni

L-isfidi li jiltaqgħu magħhom l-istudenti bi profil tad-dyslexia u l-mod kif jirnexxielhom jegħlbu dawn l-isfidi kienu fil-qofol ta’ laqgħa li l-grupp Dyslexic Teens kellu mal-Kelliem tal-Oppozizzjoni għalll-Edukazzjoni Joe Cassar fid-Dar Centrali.

Il-grupp ta’ żgħażagħ, uħud akkumpanjati mill-genituri tagħhom, tkellmu dwar l-esperjenzi tagħhom partikolarment fil-vjaġġ edukattiv. Il-grupp tkellem ukoll dwar il-petizzjoni li tressqet fil-Parlament biex l-istudenti bil-profil tad-dyslexia jkunu jistgħu jagħmlu eżamijiet differenti li jevalwaw il-ħiliet tagħhom f’dak is-suġġett partikolari u mhux fuq bażi tal-qari u tal-kitba.

Il-Kelliem tal-Oppozizzjoni ghall-Edukazzjoni Joe Cassar sahaq li iktar milli fuq diżabilita llum għandna nitkellmu dwar nies b’abbiltajiet differenti u qal li jkun tajjeb li nħarsu lejn metodi ġodda adottati minn pajjiżi oħrajn li jgħinuna nivvalutaw lill-istudenti b’mod differenti.

Il-grupp ta’ studenti jsib l-appoġġ ta’ Ruth Falzon li tispeċjalizza f’dan il-qasam.

Flimkien ma’ Joe Cassar, kien hemm preżenti wkoll Graziella Schembri, il-President tal-Forum Opportunitajiet Indaqs tal-PN u Franco Vella u Dounia Borg li jmexxu żewġ kumitati fi ħdan il-forum.