Gowl skurjat fl-ewwel fażi tal-partita min Chumbinho kien biżżejjed għal Qarabag – Champions tal-Ażerbaijan sabiex jgħelbu lil Valletta fl-ewwel leg tal-ewwel round tar-round preliminari taċ-Champions League.
Riżultat apparti, wirja pożittiva minn Valletta fejn fuq kulħadd spikka l-goalkeeper Nicky Vella. Apparti Vella għal Valletta ddebuttaw wkoll Ryan Camilleri u l-Portuigiż Hugo Faria.
Wara bidu bilanċjat fit-18 il-minuta Qarabag fetħu l-iskor. Foul ta’ Camilleri fuq Muarem li setgħa ġie evitat. Freekick dirett minn 25 metru b’ CHUMBINHOP jixħet fir-rokna.
Fil-bqija , matul l-ewwel taqsima Valletta qasmu l-logħob mal-avversarji bl-istess andament jibqa matul it-tieni 45 minuta.
Tmien minuti mit-tmiem, Qarabag ingħataw penalty. Ir-referee ġġudika li Ryan Camilleri waqqa lil Dias f’dik li dehret bħala deċiżjoni ħarxa. Fl-istess waqt tkeċċa Ryan Camilleri għal Valletta.
Ta l-penalty Richard Almeida iżda Nicky Vella ddistingwa ruħu b’save mill-aqwa.
Skor finali għalhekk
Valletta 0 Qarabag 1
Referee tal-partita : Jaccottet tal-Isvizzera .
//= $special ?>

