“Ir-riżoluzzjoni dwar l-impjieg taż-żgħażagħ hi waħda mill-ewwel riżultati sostanzjali tal-ħidma tal-Parlament Ewropew. Dan id-dibattitu ġie mqiegħed fuq l-aġenda tal-Parlament Ewropew u tixhed id-determinazzjoni ta’ dan il-Parlament biex jindirizza din is-sitwazzjoni u jpoġġiha bħala prijorità.” Dan stqarru l-Koordinatur tal-EPP David Casa.
Casa mexxa in-negozzjati u kien responsabbli biex dan l-abozz ġie emendat dalgħodu fi Strasburgu.
Ir-Riżoluzzjoni titlob għal miżuri li jżidu l-kompetittivita’ tal-Unjoni Ewropea, inkluż it-tnaqqis tal-burokrazija żejda u l-ostakli għat-tkabbir.
“Aħna għandna noħolqu ambjent li joħloq opportunitajiet ta’ impjiegi kif ukoll li jħeġġeġ liż-żgħażagħ biex jiftħu negozju,” spejga l-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista.
Ir-Riżoluzzjoni titlob għal appoġġ aktar dirett f’terminu qasir u biex il-fondi ikunu allokati għall-Inizjattiva għall-Impjieg taż-Żgħażagħ. Din l-inizjattiva tapella lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jagħtu prijorita’ lil-implimentazzjoni tal-Garanzija taż-Żgħażagħ.
//= $special ?>