Raġel ta’ 47 sena minn Ħ‘Attard, residenti n-Naxxar u jgħallem il-lingwa Ingliża lill barranin ġie mixli li b’għemil żieni kkorrompa żagħżugħ ta’ 17-il sena, li jiġi ħabib tat-tifel tiegħu.
L-akkużat li tressaq quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih bħalissa jinsab għall-kura fl-istpar Monte Carmeli. Huwa ġie mixli wkoll li fis-27 ta’ Mejju li għadda u fix-xhur ta’ qabel permezz ta’ messaġġ fuq il-mobajl ikkorrompa lit-tifel u li tah fastidju.
L-għalliem ġie mixli wkoll li messu kien jaf li b’dak li kien qed jagħmel, jiġifieri li kien ta fastidju għal dan l-allegat vittma u li għamel użu mhux xieraq b’apparat ta’ kommunikazzjoni.
L-akkużat ingħata l-liberta’ fuq garanzija personali ta’ €5,000 u kien ordnat li meta huwa jiġi liċenzjat mill-isptar Monte Carmeli għandu jmur jiffirma fl-Għassa tal-Pulizija tan-Naxxar kull nhar ta’ Erbgħa bejn it-8.00 a.m. u t-8.00 p.m. Għalih deheret l-Avukat Daniela Mangion filwaqt li l-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Joseph Busuttil.
//= $special ?>

