Lokali

Il-Kap tal-PN Simon Busuttil fl-laqgħa mal-Ambaxxatur Spanjol għal Malta

Il-mod kif Spanja rnexxielha toħroġ mill-kriżi ekonomika kien fuq l-agenda ta’ laqgħa li l-Kap tal-Oppozizzjoni u tal-PN Simon Busuttil kellu mal-Ambaxxatur Spanjol għal Malta Felipe de la Morena Casado, li se jtemm il-ħatra tiegħu f’Malta.

Fil-laqgħa, li għaliha attendiet ukoll il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Affarijiet Ewropej Marthese Portelli, il-Kap tal-Oppozizzjoni qal li Spanja għandha tkun mudell għal diversi pajjiżi oħra dwar kif il-Gvern Spanjol irnexxielu jwettaq ir-riformi meħtiega biex il-pajjiz jegħleb il-kriżi ekonomika li hakmet diversi pajjizi Ewropej.

Simon Busuttil saħaq fuq l-importanza li l-pajjiżi ma jidhlux fi kriżi ekonomika iżda meta dan iseħħ trid tkun politika għaqlija kif wettaq il-Gvern Spanjol biex il-pajjiż jerġa jirkupra.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni sellem lill-Ambaxxatur Spanjol għal Malta u qal li fil-perjodu li għamel Malta hu ta kontribut kbir biex komplew jissaħħu r-relazzjonijiet bjen Malta u Spanja.